Tinfaqa' arterja ġo rasu wara li refa' rekord ta' nofs tunnelleta

    Il-Britanniku Eddie Hall, imlaqqam “The Beast”, sar l-ewwel bniedem li refa’ nofs tunnellata, jiġifieri 500 kilogrammi, iżda ħassu ħażin wara li nfaqgħet arterja minn ġo rasu minħabba pressjoni qawwija.

    L-atmosfera elettrifikanti fil-Leeds Arena, nhar is-Sibt li għadda, waqgħet għal skiet perfett meta Eddie, li għandu 28 sena, deher jaqa’ fuq irkoppjtejh u jintilef minn sensih fejn beda wkoll jinfaraġ.

    Huwa mill-ewwel ingħata l-attenzjoni medika u eventwalment beda jirkupra bil-mod.