Granita tal-kafè

    Ingredjenti:

    3 tazzi espresso

    stevia (ekwivalenti għal terz ta' kikkra zokkor)

    nofs kikkra krema

    Metodu:

    Ħawwad l-espresso sħun u l-istevia fi skutella sakemm jinħall. Ħalli t-taħlita tiksaħ għal temperatura ambjentali, imbagħad ferra' ġo kontenitur tal-friża. Poġġih fil-friża għal sagħtejn waqt li tħawwad u tkisser il-kristalli li jiffurmaw b'furketta kull 20 minuta. Għatti u ffriża għal mill-inqas siegħa aktar.

    Ħabbat il-krema b'mixer tal-elettriku b'veloċità għolja sakemm tibbies. Ħawwad il-granita u servi ġo tazzi b'mgħarfa krema fil-wiċċ.

    (Uża kafè espresso instant jew dak mitħun li għandek bżonn issajru fil-magna. Aħżen it-trab tal-kafè mitħun fil-friża biex jibqa' frisk.)

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Leawww.goodfoodeveryday.wordpress.com