Testaroli

    Ingredjenti:

    Għall-pancakes:

    kikkra u terz ilma

    kikkra semolina

    kikkra dqiq

    nofs kuċċarina melħ

    żejt taż-żebbuġa biex tidlek it-taġen

    Għall-mili:

    3 kikkri ħabaq frisk

    4 sinniet tewm

    tliet kwarti ta' kikkra żejt taż-żebbuġa

    kikkra prinjoli inkaljati ħafif

    2 kikkri grana padano jew parmiġġan maħkuk

    qoxra ta’ 2 lumijiet

    nofs kuċċarina melħ

    Metodu:

    Agħmel pesto tal-ħabaq billi tpoġġi l-ħabaq, it-tewm u ż-żejt taż-żebbuġa ġo skutella u tħawwad ġo food processor. Żid il-prinjoli, il-ġobon maħkuk, il-qoxra tal-lumija u l-melħ. Titħanx ħafna ħalli l-biċċiet jibqgħu jidhru u tagħti konsistenza.

    Għall-pancakes, poġġi l-ilma ġo skutella kbira u żid id-dqiq, is-semolina u l-melh. Ħawwad bi blender tal-elettriku. Ħalli t-taħlita tistrieħ għal nofs siegħa.

    Idlek taġen biż-żejt taż-żebbuġa u saħħan fuq nar moderat. Ferra' daqs 2 mgħaref mit-taħlita tal-pancakes. Sajjar għal bejn 3 u 4 minuti fuq kull naħa. Żomm il-pancakes sħan, mgħottijin b’sarvetta nadifa. Servihom bil-pesto.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com