Campers iva, caravans le!

    Fil-caravan site li hemm l-Għadira twaħħlu tabelli li juru li campers jistgħu joqogħdu hemm iżda caravans le.

    Jidher li xi ħadd waħħal dawn it-tabelli biex il-caravans ma jitħallewx imorru weekends hemm bħalma jagħmlu l-campers. Iżda s-sidien tal-caravans investew daqskemm investew tal-campers.

    Ta' min jgħid li bħalissa qed jiġu importati ħafna campers irħas mill-italja u dawk li soltu jmorru l-Għadira qed iħossuhom skomdi b'dawk li qed jiżdiedu ġodda u weħlu magħhom dawk tal-caravans. 

    Aħna tal-caravans immorru l-Għadira biss għall-weekends u spazju nieħdu daqs il-campers. Jekk inhi art pubblika m'għandhiex issir diskriminazzjoni bejn campers u caravans.