Pulse taqbel mal-morning after pill

    L-għaqda studenteska Pulse qalet li taqbel li f'pajjiżna għandu jkun hawn aċċess legali għall-morning after pill.

    Hija qalet li tilqa' b'ottimiżmu l-kummenti tal-Professur Anthony Serracino Inglott, li ddikjara li din il-pillola mhix abortiva. Taqbel ukoll mal-Ministru Helena Dalli, li qalet li m'għandhiex problema bil-preżenza ta' din il-pillola fis-suq Malti.

    Barra minn hekk, ġie stabbilit internazzjonalment li l-aċċess liberu għall-kontraċettivi jnaqqas bil-kbir ir-rata tat-tqala u l-abort fost it-teenagers.

    Fid-dawl ta' dan kollu, Pulse qalet li taqbel mal-morning after pill u fakkret li l-qofol ta' soċjetà b'saħħitha huwa edukazzjoni sesswali komprensiva. L-għaqda żiedet tgħid li tieħu gost tkun parti mid-diskussjoni fi ħdan is-soċjetà ċivili dwar progress u titjib fid-drittijiet dwar is-saħħa riproduttiva f'pajjiżna.