Euro 2016 - L-Islanda f'ħolma sabiħa ...

    Wara r-rebħa xejn mistennija kontra l-Ingilterra, bl-iskor ta’ 2-1, liema riżultat qed jitqies bħala l-aqwa wieħed fl-istorja tal-Kampjonat Ewropew, l-Islandiżi jinsabu f’ħolma sabiħa ... u li s’issa għadhom ma jridux jemmnu li kien kapaċi jumiljaw lill-Ingilterra.

     L-awtur tal-goal għal Islanda, Ragnar Sigurdsson qal li bħalissa jinsabu f’ħolma iżda ħadmu ħafna għal din ir-rebħa.

     “Dan hu t-tieni jew t-tielet goal li skorjajna minn long throw. Din hija waħda mill-armi tagħna u mhijiex sorpriża. L-avversarji ħasbu li ser tkun xalata kontrina. Huma bdew tajjeb ħafna, iżda dehru maħsuda meta rnexxielna niskorjaw il-goal tad-draw u anke meta morna fil-vantaġġ. Minkejja li huma team tajjeb, ippanikjaw. Bħalma wieħed jaf li hija diffiċli biex wieħed jiskorja kontra l-Islanda.”