Henrikh Mkhitaryan pass 'il bogħod biex jingħaqad ma' Manchester United

    Henrikh Mkhitaryan pass ‘il bogħod biex jingħaqad ma’ Manchester United

    Il-midfielder internazzjonali Armen ta’ Borussia Dortmund, Henrikh Mkhitaryan, jinsab pass ‘il bogħod biex jingħaqad ma’ Manchester United hekk kif jidher li ż-żewġ clubs laħqu ftehim għat-trasferiment tiegħu.

    Ir-Red Devils se jħallsu £30 miljun b’kuntratt ta’ erba’ snin.

    Mkhitaryan innifsu qal li din hija ħolma li saret realtá hekk kif minn dejjem xtaq li jmur jilgħab f’Old Trafford minħabba li ilu jsegwi lir-Red Devils minn mindu kien żgħir.