Insalata biż-żigarelli tal-ħjar u z-zunnarija

    Ingredjenti:

    ħjara

    zunnarija kbira jew 2 żgħar

    4 mgħaref ħall tat-tuffieħ organiku

    kuċċarina stevia

    2 kuċċarini sweet chili sauce

    kuċċarina żejt tal-ġunġlien

    niskata melħ

     

    Metodu:

    Ħallat flimkien il-ħall tat-tuffieħ, iż-żejt tal-ġunġlien, is-sweet chili sauce, l-istevia u l-melħ.  

    Uża spiral vegetable peeler biex tqatta' f'żigarelli ħoxnin il-ħjar u z-zunnarija. Immarina l-ħxejjex ġo nofs it-taħlita tal-ħall għal siegħa fil-friġġ.

    Saffi l-ħxejjex, imbagħad żid il-bqija tat-taħlita u servi.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com