Yaki Udon (ikla vegan)

    Ingredjenti:

    250g udon noodles

    2 mgħaref żejt tal-ġunġlien

    basla mqattgħa rqiq

    1/4 ta' kaboċċa, imqattgħa rqiq

    10 faqqiegħ

    4 spring onions

    Għaz-zalza:

    4 mgħaref mirin

    2 mgħaref soy sauce

    mgħarfa stevia

    mgħarfa fish sauce

    ftit ġunġlien inkaljat għall-wiċċ

     

    Metodu:

    Sajjar in-noodles skont l-istruzzjonijiet fuq il pakkett.

    Saħħan mgħarfa żejt, żid il-basla u nofs il-kaboċċa. Sajjar għal 5 minuti sakemm jirtabu.  Żid il-faqqiegħ u l-ispring onions. Sajjar għal 5 minuti.  

    Saffi n-noodles. Żid mal-ingredenti l-oħra. Ħawwad l-ingredjenti taz-zalza. Żid mat-taħlita tan-noodles u ħawwad fuq nar għoli. Ferrex il-ġunġlien inkaljat.

    Servi mill-ewwel.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com