Kejk tat-tuffieħ u l-pekani

    Ingredjenti:

    80g rkotta

    stevia (ekwivalenti għal 100g zokkor)

    180g dqiq self-raising

    20g ħafur

    kuċċarina kannella

    kuċċarina bikarbonat

    3 bajdiet

    1/4 ta' kuċċarina qoxra ta' lumija

    vanilla

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    5 mgħaref ilma jekk hemm bżonn

    tuffieħa mqaxxra u maħkuka

    50g pekani mqattgħin

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius u pprepara dixx tal-pyrex bl-isprej tal-ħami.  Poġġi l-irkotta, l-istevia, il-kannella, il-ħall tat-tuffieħ, il-vanilla u l-bajd ġo skutella u uża hand blender biex titħanhom. Żid it-tuffieħ.

    Ġo skutella oħra għarbel id-dqiq darbtejn. Żid il-ħafur, il-bikarbonat u nofs il-pekani.

    Ħallat l-ingredjenti likwidi mal-ingredjienti nexfin. Tħallatx iżżejjed imma kun ġentili.

    Ferra' t-taħlita ġod-dixx. Aħmi għal 40 minuta. Ħalli l-kejk jiksaħ ftit qabel ma sservi bil-krema tal-ilma taċ-ċiċri jew ftit ġelat.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com