Samosa Pie

    Ingredjenti:

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    basla

    500g kapuljat tat-tiġieġ

    2 sinniet tewm

    2 mgħaref curry 

    patata kbira (sweet potato), imqaxxra u maħkuka

    100g piżelli tal-friża

    300ml ilma

    dada tal-istokk

    2 mgħaref kosbor frisk imqatta'

    nofs kuċċarina kosbor niexef mgħaffeġ

    meraq ta' kwart ta' lumija

    mgħarfa kunserva

    4 folji għaġina filo

    nofs kuċċarina kemmun

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Saħħan mgħarfa żejt ġo taġen. Sajjar il-basla u l-kapuljat għal 5 minuti. Żid it-tewm, il-curry, il-patata u 300ml ilma kif ukoll id-dada. Sajjar għal 10 minuti u ħawwad. Żid il-piżelli, il-kosbor frisk u niexef, il-meraq tal-lumi u l-kunserva. Ħawwad u kompli sajjar għal 2 minuti. Poggi t-taħlita ġo dixx fond tat-torti u fuq il-wiċċ poġġi l-għaġina. Idlek l-għaġina bi ftit żejt taż-żebbuġa u ferrex il-kosbor fil-wiċċ.  Aħmi ġo forn sħun għal 10 sa 15-il minuta sakemm l-għaġina tiġi kulur dehbi. Ħalli t-torta tistrieħ qabel ma sserviha.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com