Tiġieġ bl-immarinar Messikan

    Ingredjenti:

    isdra tat-tiġieġ

    nofs kikkra żejt taż-żebbuġa

    2 sinniet tewm 

    nofs kikkra meraq tal-lumi 

    mgħarfa zokkor ismar

    kuċċarina melħ

    kuċċarina trab tal-kemmum

    1/4 kikkra ħall tat-tuffieħ organiku

    kuċċarina riegnu niexef

    kuċċarina paprika

    kuċċarina trab tal-basal

    nisktata trab taċ-chili (ħallih barra jekk ma tridx togħma pikkanti)

    Metodu

    Ħawwad l-ingredjenti flimkien. Immarina s-sider tat-tiġieġ. Ħallihom minn 20 minuta sa 12-il siegħa. Sajjar fuq il-barbikju BBQ jew fil-forn (200 grad Celcius) għal 40 minuta.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com