Manuel Pellegrini ma' AC Milan?

    Il-coach Ċilen, Manuel Pellegrini, li għadu kif ħalla lil Manchester City wara li ma ġġeddidlux il-kuntratt, jinsab viċin li jingħaqa ma’ AC Milan.

    Bħalissa huwa jinsab f’taħditiet mar-Rossoneri, fejn teżisti possibbiltá kbira li fil-jiem li ġejjin imur f’Milanello biex jiffirma l-kuntratt tiegħu.

    Għall-aħħar xahar u nofs it-team ta’ Milan kien immexxi mill-coach temporanju, Cristian Brocchi.

    Aktar minn hekk, il-konsorzju l-ġdid Ċiniż li se jieħu t-tmexxija tal-club, aċċetta li Pellegrini jinħatar fir-responsabbiltá tat-team. Din it-takeover għandha ssir fil-futur qrib.