Insalata tal-qarabagħli ta' malajr

    Ingredjenti:

    3 qarabagħliet 

    ftit melħ u bżar

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref ħall balsamiku

    1/4 ta' kuċċarina stevia

    ftit tursin imqatta' għall-wiċċ

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 220 grad Celcius. Ipprepara dixx tal-forn bil-kartaforn u bl-spray tal-ħami. Qatta' l-qarabagħli fi dwawar ta' 1/4 ta' pulzier.

    Poġġihom fid-dixx. Ferrex fuqhom mgħarfa żejt taż-żebbuġa. Sajjar fil-forn għal 12-il minuta.

    Immedjatament ħallat il-bqija taż-żejt taż-żebbuġa, ħall balsamiku u stevia.  Ferra' fuq il-qarabagħli.

    Ħalli l-qarabagħli jiksħu kompletament. Poġġihom ġo skutella u kessaħ aktar fil-friġġ għal mill-inqas nofs siegħa qabel ma sservi.

    Żejjen il-wiċċ bit-tursin frisk imqatta'.

    Ritratt: Stefan Stafrace

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com