Linguine bil-lumi u t-tiġieġ

    Ingredjenti:

    400g sider tat-tiġieġ, imsajjar u mqatta' biċċiet

    400g linguine

    melħ u bżar

    kikkra mill-ilma fejn issajjar l-għaġin

    70g weraq żghar tal-ispinaċi friska

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    qoxra maħkuka ta' nofs lumija

    niskata stevia

    2 mgħaref meraq tal-lumi

    kikkra rkotta

    parmiġġan biex isservi

    flieli tal-lumi mqattgħin irqaq biex iżżejjen il-wiċċ

    Metodu:

    Sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett.  Saffi u erfa' kikkra mill-ilma.

    Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa ġo taġen kbir fuq nar baxx.

    Uża hand blender biex titħan l-irkotta, il-meraq tal-lumi u l-qoxra maħkuka tal-lumija. Żid l-istevia, melħ u bżar u ħawwad.

    Żid l-għaġin maż-żejt taż-żebbuġa ġot-taġen, ħawwad bil-mod u żid it-taħlita tal-irkotta. Ħawwad. Jekk għandek bżonn li jkun aktar kremuż, żid l-ilma li rfajt sakemm il-konsistenza tkun kif tridha.

    Żid nofs it-tiġieġ. Ħawwad u neħħi minn fuq in-nar.

    Poġġi ġo dixx biex isservi f'nofs il-mejda u żejjen il-wiċċ bil-bqija tat-tiġieġ, l-ispinaċi, ġobon parmiġġan maħkuk u flieli tal-lumi.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com