Chocolate fudge cake

    Ingredjenti:

    200g dqiq self-raising

    kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina bikarbonat

    150g butir

    150g zokkor ismar

    2 mgħaref stevia

    4 bajdiet

    ftit vanilla

    2 mgħaref kokodina

    Għall-fudge:

    125g zokkor ismar

    200g mascarpone

    150g ċikkulata sewda mqattgħa biċċiet

    50g butir

    ftit vanilla

    Metodu:

    Għarbel id-dqiq, il-kokodina u l-bikarbonat ġo skutella.

    Ġo skutella oħra poġġi z-zokkor ismar, l-istevia, il-bajd, u l-vanilla.  Uża mixer tal-elettriku biex tħallat kollox flimkien.  

    Żid it-taħlita tad-dqiq mat-taħlita likwida. Uża mgħarfa tal-metall biex tagħmel 'folding in' mingħajr ma tħallat wisq.  Ipprepara dixx tal-kejkijiet ta' 21ċm bl-isprej tal-ħami.  Ferra' t-taħlita ġo fih.  Aħmi fil-forn għal 40 minuta.  Iċċekkja li sar il billi ddaħħal toothpick fil-wiċċ u jekk toħrog nadifa jkun sar.  

    Ħalli l-kejk jiksaħ kompletament qabel ma tagħmel il-mili.  

    Biex tagħmel il-mili, ħallat iz-zokkor, il-ħalib tal-bott u l-mascarpone ġo kazzola.  Saħħan fuq nar baxx sakemm jinħall iz-zokkor u t-taħlita tibda tagħli.  Żomm in-nar baxx u ħawwad għal ħames minuti b'mgħarfa tal-injam.  Neħħi l-kazzola minn fuq in nar, żid iċ-ċikkulata u ħawwad.  Tista' tuża mixer tal-elettriku jekk trid.  Żid il-butir u l-vanilla u ħawwad sakemm il-butir u ċ- ċikkulata jinħallu.  Poġġi l-fudge ġo skutella, iksi bl-istretch and seal u poġġi fil-friġġ għal siegħa.  

    Iksi l-kejk bil-fudge jew aqsam il-kejk min-nofs u uża l-fudge bħala mili. Ħalli ftit biex tiksi l-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com