Pulpetti tat-tonn taż-żejt u n-nagħniegħ

    Ingredjenti:

    250g tonn taż-żejt

    50g ħafur mitħun fin (oatmeal)

    3 mgħaref nagħniegħ frisk

    1/4 ta' kuċċarina nagħniegħ niexef

    melħ u bżar

    Metodu:

    Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien. Ħalli t-taħlita ġol-friġġ għal siegħa. Ifforma pulpetti żgħar u jekk hemm bżonn farfar bi ftit oatmeal oħra. Poġġi l-pulpetti fuq dixx tal-forn miksi bil-kartaforn. Sajjar ġol-forn f'temperatura ta' 200 grad Celcius għal 25 minuta. Servi ma' dip tal- yoghurt, nagħniegħ u ħjar.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com