Fusilli bil-ġobon tat-tursina u fażola bajda

    Ingredjenti:

    500g għaġin fusilli

    100g ġobon tat-tursina

    ħabaq niexef

    tazza nbid abjad

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    nofs basla mqattgħa rqiq

    sinna tewm maħkuka

    4 mgħaref krema ħafifa

    4 mgħaref ġobon tal-ħakk

    8 faqqigħat, imqattgħin u moqlijin

    150g fażola bajda (canellini), imsajra

    melħ u bżar jekk trid

    tursin għall-wiċċ

    Metodu:

    Sajjar l-għaġin fil-misħun bil-melħ. Sadanittant qatta’ l-ġobon tat-tursina f’biċċiet, poġġih ġo taġen u żid il-krema. Żid il fażola u l-ħabaq niexef.  Saħħan fuq nar moderat sakemm ikollok taħlita kremuża. 

    Sajjar it-tewm u l-basla fuq nar baxx f’mgħarfa żejt taż-żebbuġa. Żid il-faqqiegħ, l-inbid u n-nagħniegħ. Sajjar għal ħames minuti fuq nar baxx. 

    Kif isir l-għaġin, ħalltu ma' din it-taħlita u mal-krema bil-ġobon. 

    Żejjen il-wiċċ bi ftit tursin. Servi bil-ġobon maħkuk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com