Kejk tal-kokodina u l-vanilla

    Ingredjenti:

    150g mascarpone

    100g zokkor

    stevia (ikkonverti ammont ekwivalenti għal 50g zokkor)

    4 bajdiet

    2 mgħaref ilma taċ-ċiċri

    vanilla

    175g dqiq self-raising

    kuċċarina baking powder

    nofs kuċċarina bikarbonat

    25g kokodina

    niskata kannella

    niskata trab tal-kafè

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 160 grad Celcius. Ipprepara landa tal-kejkijiet (jien nuża loaf tin ta' 900g) bl-isprej tal-ħami.

    Uża hand blender biex tħallat il-butir, iz-zokkor, l-ilma taċ-ċiċri, l-istevia, il-vanilla u l-bajd sakemm ikollok taħlita lixxa.  

    Ġo skutella għarbel id-dqiq darbtejn. Żid il-baking powder u l-bikarbonat.

    Ħallat it-taħlita tad-dqiq mat-taħlita tal-bajd. Qassam it-taħlita f'żewġ skutelli.

    Għarbel il-kokodina, żid it-trab tal-kannella u t-trab tal-kafè. Ħawwad bil-mod ma' nofs it-taħlita tal-kejk.

    Ferra' t-taħlita bajda ġol-landa fejn se taħmi. Imbagħad poġġi t-taħlita taċ-ċikkulata, mgħarfa mgħarfa, fuq it-taħlita l-bajda. Uża l-ponta ta' mgħarfa biex ġentilment tagħmel ftit 'swirls' jew inkella uża sikkuna jew skewer tal-injam ħalli toħloq l-effett tal-irħam.

    Aħmi għal 40 minuta ġo forn shun. Ħallih jiksaħ qabel tneħħih minn ġol-landa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com