Quinoa biċ-ċiċri u l-brokkoli

    Ingredjenti:

    500g fjuretti tal-brokkoli mgħollijin jew imsajrin fuq il-fwar

    100g ċiċri nexfin

    150g quinoa msajra

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    mgħarfa tahini

    mgħarfa ħwawar friski mqattgħin fin (uża dak li jogħġbok)

    qoxra maħkuka ta' nofs lummija

    nofs kuċċarina ħwawar nexfin 

    mgħarfa tursin imqatta' rqiq biex iżżejjen il-wiċċ

    Għad-dressing:

    mgħarfa meraq taċ-ċitru (lumi jew larinġ)

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    kwart ta' kuċċarina stevia

    kuċċarina tahini

    melħ u bżar

    ilma jekk hemm bżonn, biex it-taħlita tkun lixxa

    Metodu:

    Poġġi l-quinoa f'kazzola bl-ilma u ibqa' sajjar għal 20 minuta wara li l-ilma jagħli.   Żid it-tahini  u ħawwad. 

    Xarrab iċ-ċiċri mil-lejl ta' qabel, inkella aqbad u għallihom ma' kuċċarina bikarbonat. Saffihom u ħallihom jiksħu.

    Għalli l-brokkoli ħafif u saffih sew mill-ilma jew sajru fuq il-fwar. Poġġih ġo dixx tal-forn u żidlu ftit żejt taż-żebbuġa. Aħmih fil-forn f'temperatura ta' 220 grad Celcius għal 10 minuti sakemm jieħu ftit kulur.

    Agħmel id-dressing billi tħallat l-ingredjenti kollha flimkien.

    Ibda rranġa l-insalata billi taqbad nofs iċ-ċiċri u nofs il-brokkoli u tħawwadhom bil-mod.  Żid il-ħwawar friski u nexfin, il-qoxra tal-lumija u ħawwad bil-mod. Żid id-dressing u ħawwad. Ħalliha toqgħod għal 10 minuti ħalli t-togħmiet jimmaturaw. Irranġa fuq platt u fil-wiċċ żid il-bqija tal-brokkoli u ċ-ċiċri. Żejjen il-wiċċ b'aktar ħwawar imqattgħin, it-tursin u ftit qoxra maħkuka taċ-ċitru. 

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com