Compote tal-frawli u r-rabarbju

    Ingredjenti:

    250g frawli

    meraq ta' larinġa

    250g rabarbju (rhubarb)

    vanilla

    4 mgħaref stevia

    4 mgħaref żerriegħa chia

    kikkra ilma

    Metodu:

    Poġġi l-frawli ġo dixx u żid il-meraq tal-larinġa. Ismot ir-rabarbju bil-misħun jagħli u ħallih ġol-istess ilma għal 10 minuti. Saffi l-ilma. Ġo kazzola fuq in-nar poggi l-ilma u l-vanilla u żid ir-rabarbju.  Wara li jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek għal 10 minuti. Żid il-frawli, għolli n-nar u kif jibda jagħli itfi n-nar. Ħallih jiksaħ għal nofs siegħa u żid iż-żerriegħa chia. Ħawwad u poġġi t-taħlita ġo kontentur fil-friġġ. 

    Dan huwa compote perfett biex iżżidu mal-yoghurts, ġelat jew ċereali.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com