'Caviar' tal-brunġiel

    Ingredjenti:

    3 brunġiliet

    meraq ta' lumija

    6 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    melħ u bżar

    1/4 ta' kuċċarina stevia

    2 tadamiet imqattgħin biex iżżejjen

    Ingredjenti:

    Neħħi t-truf tal-brunġiel u sajjarhom sħaħ fil-misħun bil-melħ sakemm jiġu torja ħafna.  Saffi l-ilma u agħfas il-brunħiel ħalli tneħħi l-ilma żejjed. Qabel ma jiksħu kompletament qaxxar il-brunġiel u uża masher tal-patata, jew furketta, biex tgħaffiġhom. Żid il-meraq tal-lumi u ż-żejt taż-żebbuġa, melħ u bżar u stevia. Ħallat sew u ħallli t-taħlita tiksaħ. Żejjen bit-tadam imqatta' u servi mal-ħobż mixwi. Jekk iżżom il-caviar f'reċipjent issiġillat, jibqa' tajjeb għal ħamest ijiem.

     

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com