Saltimbocca alla Romana

    Ingredjenti:

    150g perżut

    4 qatgħat vitella rqaq ħafna

    8 werqiet tas-salvja friski

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    1/2 tazza nbid abjad jew marsala

    melħ u bżar

    Metodu:

    Poġġi biċċa perżut fuq kull biċċa vitella. Poġġi werqa salvja fil-wiċċ. Uża toothpick biex twaħħal it-tliet ingredjenti flimkien. Saħħan iż-żejt f'taġen. Sajjar il-vitella miż-żewġ naħat. Żid il-melħ u l-bżar. Żid l-inbid jew marsala u ibqa' sajjar sakemm jevapora. Neħħi minn fuq in-nar. Ħalli l-laħam jistrieħ fit-taġen għal ħames minuti. Neħħi t-toothpicks u servi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com