Kejk tal-frawli u ċ-ċikkulata bajda bla zokkor u bla butir

    Ingredjenti:

    kikkra stevia

    2 kikkri dqiq self-raising

    kikkra żejt taż-żebbuga 

    200g ċikkulata bajda bla zokkor

    kikkra ilma

    3 bajdiet

    3 mgħaref ġamm tal-frawli bla zokkor

    bott yoghurt

    kuċċarina bikarbonat

    nofs kuċċarina vanilla

    ġewż għall-wiċċ

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal temperatura ta' 180 grad Celsius. Għarbel id-dqiq u żid l-istevia. Maż-żejt żid iċ-ċikkulata bajda u l-ilma u saħħan sakemm iċ-ċikkulata ddub. Neħħi minn fuq in-nar, żid il-yoghurt u l-vanilla. Żid mat-taħlita tad-dqiq. Żid il-bajd u l-bikarbonat. Fl-ahhar żid il-ġamm tal-frawli.

    Ħawwad ħafif. Ferra' t-taħlita ġo dixx tal-kejkijiet. Żejjen il-wiċċ bil-ġewż. Aħmi għal nofs siegħa. Żejjen il-wiċċ biċ-ċikkulata mdewba u l-frawli frisk.

     

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com