Brownies tal-banana u l-butir tal-karawett

    Ingredjenti:

    kikkra banana misjura mgħaffġa 

    1/4 ta' kikkra butir tal-karawett

    mgħarfa stevia jew agave jew għasel

    1/4 ta' kikkra kokodina

    1/4 ta' kikkra ċikkulata skura maħkuka

    mgħarfa cornflour

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Iksi dixx żghir tal-forn bil-kartaforn.

    Ġo kazzola poġġi l-butir tal-karawett u dewbu fuq nar baxx. Ġo skutella poġġi l-banana mgħaffġa, il-butir tal-karawett imdewweb, il-kokodina, il-cornflour, iċ-ċikkulata u l-istevia (jew agave jew għasel). Ħawwad.

    Poġġi t-taħlita ġod-dixx li ppreparajt u aħmi għal 25 minuta. Oħroġ id-dixx mill-forn u ħalli t-taħlita tiksaħ kompletament. Imbagħad poġġijha fil-friġġ għal mill-inqas siegħa qabel ma tqattagħha f'porzjonijiet. Tista terrfa' l-porzjonijiet ġol-friża wkoll.

    (Jekk trid tagħmel frosting għandek bżonn: 200g cream cheese; 2 mgħaref stevia; 2 mgħaref trab tal-kakaw.)

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com