Gallettini taċ-ċikkulata

    Ingredjenti:

    nofs kikkra zokkor

    nofs kikkra stevia  (jekk trid uża kikkra zokkor sħiħa u tużax stevia)

    1/4 ta' kikkra żejt taż-żebbuġa

    2 bajdiet

    bastun tal-vanilla

    3/4 ta' kikkra dqiq

    3/4 ta' kikkra kokodina

    niskata kannella

    niskata trab tal-kafè

    kikkra chocolate buttons

    nofs kuċċarina bikarbonat

    nofs kuċċarina baking powder

     

    Metodu:

     

    Iksi tilar tal-forn bil-karta forn. Ġo skutella kbira poġġi z-zokkor, il-bajd, il-vanilla u ż-żejt u uża hand blender biex ikollok taħlita konsistenti. Ġo skutella oħra għarbel id-dqiq u l-kokodina. Żid il-bikarbonat, il-baking powder, il-kafè u l-kannella, u ħallat sew.

     

    Ħallat it-taħlita tad-dqiq mal-ingredjenti likwidi. Tħawwadx ħafna. Żid iċ-chocolate chips u uża l-'folding in method' biex jidħlu fit-taħlita. Iksi l-iskutella bil-cling film u poġġiha fil-friġġ għal nofs siegħa.

     

    Uża żewġ mgħaref biex tifforma gallettini tondi u tpoġġihom fuq il-karta forn. Ħalli spazju bejniethom biex ma jeħlux. Saħħan il-forn għal 170 grad Celcius. Aħmi għal 10 minuti. In-nofs ikun għadu artab imma oħroġhom u ħallihom fuq it-tilar sakemm jiksħu.

     

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Felix Cesare