Evarist Bartolo mhux interessat fil-kariga ta' Deputat Mexxej

    Il-Ministru Evarist Bartolo qal ċar u tond fuq Facebook dalgħodu li mhux se jikkontesta għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.

    “Għal dawk li qed jistaqsuni iniex se noħroġ għall-ħatra ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, inwieġeb li le. Nemmen li l-aħjar mod kif naħdem għall-ideali tal-ġustizzja soċjali, tal-inklużjoni, tal-progress ekonomiku u tad-drittijiet huwa li nkompli nservi mill-aħjar li nista' fix-xogħol u responsabbiltajiet li għandi bħalissa.

    “Nawgura li għal din il-ħatra joħorġu persuni li jagħmlu ġieħ lill-valuri tal-Partit Laburista u jkunu d-delegati li jagħżlu,” kiteb il-Ministru Bartolo.