Raġel iweġġa' gravi f'inċident bil-mutur

    Raġel Serb ta' 35 sena weġġa' gravi meta skiddja bil-mutur kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2.30.

    Ir-raġel, li joqgħod Tal-Pietà, kien nieżel mit-Triq Reġjonali fuq mutur Piaggio Runner lejn l-Imsida meta seħħ l-inċident.

    Huwa ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat bħala li jinsab f'qagħda kritika.

    Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ u nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali.