Ġelat tal-banana ta' malajr

    Dan il-ġelat huwa faċli ħafna biex tagħmlu u la għandu zokkor miżjud u lanqas glutina. Jiġi tajjeb u kremuż u jsir malajr.

    Ingredjenti:

    5 bananiet misjurin

    meraq ta' kwart ta' llumija

    bastun tal-vanilla 

    Metodu:

    Qaxxar u qatta' l-banana u poġġiha ġo skutella. Żid il-meraq tal-lumi. Poġġi l-iskutella fil-friża.

    Meta t-taħlita tkun iffriżat, oħroġ l-iskutella mill-friża, żid il-vanilla u uża hand blender biex titħan il-banana. Ibqa' ħawwad bil-blender sakemm it-taħlita ssir kremuża u bajda. Servi mill-ewwel, inkella erġa' daħħlu fil-friża għal nofs siegħa jew aktar jekk tippreferi ġelat iebes. 

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com