Banana moħmija

    Ingredjenti:

    banana għal kull porzjon

    kuċċarina meraq tal-lumi

    kuċċarina liqueur favorit tiegħek

    mgħarfa zokkor muscovado

    nisktata noċemuskata

    niskata kannella

    ftit vanilla

    1/4 ta' kuċċarina żejt taż-żebbuġa

    frawli jew frott ieħor li tiggosta

    ġelat

    Metodu:

    Ipprepara dixx tal-forn bl-sprej tal-ħami.

    Qaxxar kull banana u aqsamha min-nofs għat-tul. Poġġihom fid-dixx tal-forn. Ħallat il-meraq tal-lumi mal-vanilla u l-liqueer, il-kannella, iż-żejt taż-żebbuġa u n-noċemuskata. Roxx iz-zokkor muscovado fuq il-banana. Ferra' l-ingredjenti likwidi fil-wiċċ.

    Sajjar f'forn imsaħħan minn qabel għal temperatura ta' 200 grad Celcius, għal 20 minuta.

    Biex isservi, poġġi l-frawli jew frott ieħor fi platt. Poġġi fuqhom il-banana moħmija u porzjon ġelat. Roxx ftit icing sugar fil-wiċċ.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com