Frittedda: Stuffat tal-ħaxix

    Frittedda hija speċjalità ta' Palermo, fejn fir-rebbiegħa dan l-istuffat tal-ħaxix jittiekel mal-panelle (bħal gnocchi moqlijin, magħmulin mid-dqiq taċ-ċiċri).

    Ingredjenti:

    6 qlub tal-qaqoċċ, imsajrin fuq il-fwar

    50ml żejt taż-żebbuġa

    2 basliet ħomor imqattgħin żgħar

    sinna tewm, imqattgħa rqiq

    500ml stokk tal-ħaxix

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    350g ful frisk imqaxxar

    120g piżelli friska

    bużbieża friska mqattgħa slices

    ½ kikkra nagħniegħ imqatta'

    ½ kikkra tursin imqatta'

    qoxra ta' lumija maħkuka

    ġobon Pecorino maħkuk biex isservi

    Metodu:

    Saħħan żewġ mgħaref żejt taż-żebbġa ġo taġen kbir u żid il-basal. Sajjar fuq nar baxx sakemm jirtabu. Żid il-bużbież u l-qaqoċċ, ħawwad u wara żid l-istokk. Sajjar għal ħames minuti u wara żid il-ful u l-piżelli. Sajjar għal ħames minuti oħra u żid l-ingredjenti l-oħra. Kompli sajjar u meta tara li l-ħaxix sar kollu, neħħi minn fuq in-nar. Żid ftit żejt taż-żebbuġa u servi bil-Pecorino maħkuk, mal-għaġin jew ross.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com