Soppa tal-patata ħelwa u l-għads

    Ingredjenti:

    100g għads oranġio

    100g patata ħelwa

    nofs basla

    sinna tewm

    noċemuskata

    litru ilma

    dada tal-istokk

    50g zunnarija mqattgħa

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    zunnarija oħra – qattagħha forma ta' spagetti bi spiralizer

    Metodu:

    Qalli l-basla u t-tewma ħafif fiż-żejt taż-żebbuġa. Żid in-noċemuskata u d-dada tal-istokk u ħawwad, imbagħad żid iz-zunnarija mqattgħa, il-patata ħelwa u l-għads.  Ħawwad u żid l-ilma. Meta t-taħlita tagħli, baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal nofs siegħa sakemm jirtabu l-ħxejjex. Jekk hemm bżonn żid aktar ilma.  

    Neħħi s-soppa minn fuq in-nar u ħalliha tiksaħ.  Uża hand blender biex titħanha.

    Għall-wiċċ, agħmel l-ispagetti taz-zunnarija billi tqattagħha bi spiralizer. Sajjarhom ħafif fuq il-fwar u servi fil-wiċċ tas-soppa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Illumina Media