Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza

    Raġel li l-identità tiegħu għadha trid tiġi kkonfermata jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li safa’ milqut minn vettura dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs, fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

    Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija tad-Distrett, li qegħdin jinvestigaw l-inċident, jirriżulta li r-raġel intlaqat minn Saab 93 18T Linear misjuqa minn raġel ta’ 31 sena li joqgħod l-Iklin.

    Ir-raġel, li x’aktarx hu ta’ nazzjonalità barranija, ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn sussegwentament ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

    Il-Maġistrat tal-Għassa kienet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.