Kejk tan-naspli u l-qastan

    Ingredjenti:

    250g dqiq self-raising

    kikkra rkotta

    4 bajdiet

    kuċċarina bikarbonat

    200g frott niexef (jien nuża taħlita ta' tamal u tin)

    200g qastan tal-pakkett

    200g naspli (neħħi l-għadma imma ħalli l-qoxra)

    qoxra taċ-ċitru maħkuka

    ftit vanilla

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ organiku

    nisktata kannella

    niksata melħ

    Metodu:

    Ġo skutella għarbel id-dqiq darbtejn. Żid il-bikarbonat, il-kannella, il-melħ u nofs il-qastan imqatta' min-nofs. Iksi l-qastan bid-dqiq. Ġo skutella oħra poġġi l-bajd, il-vanilla, il-ħall tat-tuffieħ, il-qoxra taċ-ċitru, il-frott niexef, nofs in-naspli u l-irkotta. Uża hand blender biex titħan kollox flimkien. Żid it-taħlita tal-bajd mat-taħlita tad-dqiq. Uża mgħarfa kbira tal-metall biex tħallat flimkien.

    Idlek dixx bi ftit żejt taż- żebbuġa. Ferra' t-taħlita ġod-dixx. Ferrex fil-wiċċ il-bqija tal-qastan u n-naspli.  Sajjar fil-forn f'temperatura ta' 170 grad Celcius għal 40 minuta. Ħalli l-kejk jiksaħ qabel ma tneħħih mid-dixx. 

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com