Casserole tat-tiġieġ bil-ħwawar tar-rebbiegħa

    Ingredjenti:

    mgħarfa ħabaq  frisk imqatta' rqiq 

    mgħarfa nagħniegħ frisk imqatta' rqiq

    mgħarfa tursin frisk 

    melħ u bżar

    200g mascarpone

    2 patatiet imqaxxrin u mqattgħin f'dadi żgħar

    4 isdra tat-tiġieġ

    2 kurratiet imqattgħin irqiq

    tazza nbid abjad

    2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    Metodu:

    Ħallat il-ħwawar imqattgħin flimkien mal-mascarpone u żid il-melħ u bżar. Jekk is-sider tat-tiġieġ għandu l-ġilda fuqu, ħalliha u erfa' ftit il-ġilda biex iddaħħal ftit mit-taħlita tal-ħwawar bejn il-laham u l-ġilda. Jekk is-sider huwa bla ġilda, idlek is-sider bi ftit mit-taħltia.

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx tal-forn biż-żejt taż-żebbuġa. Poġġi l-patata fid-dixx u ferrex il-kurrat imqatta'. Ferra' l-inbid u poġġi ftit melħ u bżar u nofs it-taħlita tal-mascarpone mferrxa madwar il-ħaxix fid-dixx. Qiegħed l-isdra tat-tiġieġ u l-bqija tat-taħlita tal-mascarpotne.

    Poġġi d-dixx fil-forn għal 45 minuta. Ħalli l-ikel jistrieħ għal ħames minuti qabel ma sservi.  

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com