Penne bil-pesto tat-tonn taż-żejt il-forn

    Ingredjenti:

    500g penne

    250g tonn taż-żejt

    ponn kbir weraq tal-ħabaq

    6 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref ġobon maħkuk

    2 mgħaref ġellewż

    250g cherry tomatoes

    100g cheddar

    Metodu:

    Sajjar il-penne skont l-istruzzjoni fuq il-pakkett.

    Agħmel il-pesto billi tħallat iż-żejt taż-żebbuga, il-ġobon maħkuk, ġellewż, tonn taz-zejt u weraq tal-ħabaq u titħanhom b'hand blender jew liquidizer. Jekk hemm bżonn żid ftit ilma sabiex il-konsistenza tiġi kremuża u lixxa.

    Saffi l-għaġin mill-ilma. Ħallat il-pesto tat-tonn taż-żejt miegħu. Idlek dixx tal-forn bl-isprej tal-ħami. Żid iċ-cherry tomatoes imqattgħin u nofs iċ-cheddar mal-għaġin.

    Ferra' l-għaġin ġod-dixx. Ferrex il-bqija taċ-cheddar fil-wiċċ. Aħmi għal 10 minuti f'temperatura ta' 200 grad Celcius, u spiċċa s-sajran taħt il-grija sakemm il-wiċċ jiġi kulur dehbi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Felix Cesare