Strudel tal-frawli ta' malajr

    Ingredjenti:

    100g pistaċċi jew lewż li jogħġbok imqatta'

    1/2 pakkett għaġina filo

    2 mgħaref taħini mħallat ma' 4 mgħaref għasel

    5 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    300g frawli

    ftit vanilla

    1/4 ta' kuċċarina kannella

    mgħarfa qoxra taċ-ċitru maħkuka

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 200 grad Celcius. Idlek dixx tal-forn (20ċm) biż-żejt taż-żebbuġa.

    Ħallat il-kannella, il-vanilla, iċ-ċitru, il-pistaċċi, l-għasel u t-taħini flimkien. Poġġi żewġ folji għaġina fil-qiegħ tad-dixx u idlek kull waħda biż-żejt taż-żebbuġa. Poġġi saff frawli mqatta' u ferrex fuqu ftit mit-taħlita tal-għasel imħawra. Żid nofs il-lewż imqatta'. Irrepeti l-proċess għal darba oħra. Iksi b'żewġ folji oħra għaġina filo. Idlek il-wiċċ biż-żejt taż-żebbuġa u aħmi fil-forn għal 15-il minuta.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com