Ravjul imgeżwer fil-weraq tad-dielja

    Ingredjenti:

    250g ravjul tat-tiġieġ u l-irkotta

    weraq tad-dielja (tista' tixtrihom ippriservati ġo vażett)

    zalza tat-tadam sempliċi

    ftit żejt taż-żebbuġa

    Metodu:

    Oħroġ ir-ravjul mill-friża u ħallih jirtab. B'sikkina aqsam kull ravjula min-nofs.  Iftaħ il-weraq tad-dielja u ġo kull werqa kebbeb nofs ravjula. Poġġi r-ravjul fi steamer u sajjar għal 10 minuti.  

    Ipprepara zalza sempliċi tat-tadam. Irranġa r-ravjul imgeżwer fil-weraq fuq il platti u ferrex uqhom ftit zalza tat-tadam. Servi bil-ġobon maħkuk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Illumina Media