Cheesecake tal-frawli u l-mascarpone

    Ingredjenti:

    Għall-qiegħ:

    450g gallettini taċ-ċikkulata

    100g butir

    2 mgħaref għasel, agave jew maple syrup

    vanilla

    niskata trab tal-kafè

    niskata kannella

    Għall-milli:

    500g mascarpone

    250ml krema friska

    100ml yoghurt

    120g zokkor jew stevia

    vanilla

    grokk liquer li jogħġbok

    kaxxa frawli mill-kbar

    ftit ċikkulata maħkuka għall-wiċċ

    Metodu:

    Idlek dixx springform ta' 23ċm bi ftit żejt taż-żebbuġa.

    Ħawwad il-gallettini, il-butir u l-għasel billi tuża hand blender sakemm it-taħlita tiġi konsistenti. Poġġi t-taħlita ġo dixx u agħfasha b'subgħajk. Wara uża mgħarfa mxarrba bi ftit ilma biex tillixxa. Iksi d-dixx bil-cling film u poġġih fil-friġġ għal siegħa.

    Ħawwad il-mascarpone, iz-zokkor u l-krema flimkien. Żid il-yoghurt u wara l-liquer u l- vanilla. Żomm ftit frawli biex iżżejjen il-wiċċ u qatta' l-bqija biċċiet żgħar. Ħawwad mat-taħlita tal-mascarpone u l-krema. Ferra' t-taħlita ġod-dixx fuq it-taħlita tal-gallettini. Iċċattja l-wiċċ b'mgħarfa mxarrba bl-ilma. Poġġi d-dixx fil-friġġ għal lejl. L-għada żejjen bil-bqija tal-frawli u ċikkulata maħkuka.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com