Pastini tal-lumi

    Ingredjenti:

    kikkra marġerina

    nofs kikkra icing sugar

    qoxra ta' lumija maħkuka

    mgħarfa meraq tal-lumi

    ftit qtar vanilla

    kikkra dqiq

    niskata melħ

    icing sugar biex trembel il-pastini fih

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 200 grad Celcius. Ħallat il-butir, iz-zokkor u l-vanilla ġo skutella kbira billi tuża mixer. Żid id-dqiq u l-ingredjenti l-oħra u uża jdejk biex tgħaqqad kollox flimkien.

    Ifforma blalen u poġġihom fuq dixx miksi bil-karta forn. 

    Aħmi għal 10 minuti u oħroġhom mill-forn qabel ma jibdew jismaru.

    Ħallihom jiksħu ftit u waqt li għadhom ftit sħan rembilhom fl-icing sugar.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com