Ravjul fil-forn

    Ingredjenti:

    basla mdaqqsa

    sinna tewm

    ftit ħabaq

    dada tal-istokk

    tazza nbid

    mgħarfa kunserva

    bott tadam jew tadam frisk

    żejt taż-żebbuga

    ravjul iffriżat, mhux imsajjar

    2 brunġiliet, imqattgħin slices u moħmijin fil-forn

    kikkra ġobon maħkuk

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 180 grad Celcius. Idlek dixx tal-forn biż-żejt taż-żebbuġa. Sajjar iz-zalza kif togħġbok.

    Poġġi saff zalza fid-dixx. Fuq iz-zalza poġġi saff brunġiel u saff ravjul. Ferrex ftit ġobon maħkuk.

    Irrepeti saff zalza, brunġiel u ravjul u spiċċa b'saff zalza. Poġġi l-ġobon maħkuk fil-wiċċ.

    Aħmi għal 25 minuta. Ħalli d-dixx joqgħod għal 10 minuti qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com