Blueberry muffins mhux tas-soltu

    Ingredjenti:

    200g dqiq tal-qara' ħamra

    200g dqiq tal-coconut

    kuċċarina u nofs baking powder

    kuċċarina u nofs bikarbonat

    kuċċarina dqiq tal-qamħ

    niskata kannella

    miżwed tal-vanilla

    niskata noċemuskata maħkuk frisk

    niskata melħ

    100g stevia

    4 bajdiet

    2 imgħaref żejt taż-żebbuġa

    50ml ħalib tal-coconut

    tuffieħa

    mgħarfa ħall tat-tuffieħ

    300g blueberries

    Metodu:

    Saħħan il-forn għal 160 grad Celcius.

    Għarbel id-dqiq tal-qara' ħamra, il-cornflour, il-bikarbonat u l-baking powder fi skutella kbira. Żid il-melħ, il-vanilla, il-kannella, in-noċemuskata u l-istevia. Ħawwad sew.

    Fi skutella separata, uża hand blender biex tħabbat il-bajd, iż-żejt taż-żebbuġa, il-ħalib tal-oconut, it-tuffieħ u l-ħall tat-tuffieħ, sakemm it-taħlita tkun lixxa.

    Ipprepara landa tal-muffins bil-muffin cases. Uża mgħarfa kbira tal-metall biex tħallat l-ingredjenti likwidi max-xotti. Tħallatx iżżejjed. Imbagħad żid nofs il-blueberries.

    Ferra t-taħlita ġol-muffin cases. Ħalli ftit spazju biex it-taħlita togħla u ma tfurx. Ferrex il-bqija tal-blueberries fil-wiċċ. Aħmi fil-forn imsaħħan għal 25 minuta. Neħħi mill-forn u qabel jiksħu uża pinzell biex tidlek il-muffins ħafif bi ftit maple syrup.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Ritratt: Felix Cesare