Terence Vella ma’ Ħamrun b’self

    Ħamrun Spartans laħqu ftehim ma’ Terence Vella biex jingħaqad magħhom b’self, għal sena, bl-għażla li s-sena d-dieħla t-trasferiment isir wieħed permanenti. Infurmati li fil-plejer internazzjonali ta’ taħt il-21 sena kien hemm interessati wkoll Rabat Ajax u l-Gżira United. Għalkemm plejer ta’ Birkirkara, is-sena li għaddiet Vella kien mal-Mosta b’self.