Burgers tat-tiġieġ u l-avocado

    Ingredjenti:

    300g kapuljat tat-tiġieġ

    avocado, imqaxxra u mqattgħa dadi 

    melħ u bżar

    nofs bajda

    kwart ta' kuċċarina garlic powder jew sinna tewm maħkuka

    kwart ta' kuċċarina mustarda

    1/2 kikkra lewż mitħun jew ħafur mitħun

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa biex tidlek id-dixx u l-burgers

    Metodu:

    Poġġi l-ingredjenti kollha ġo skutella u fforma burgers. Iksi dixx tal-forn bil-kartaforn u idlek il-kartaforn biż-żejt taż-żebbuġa billi tuża pinzell. Poġġi l-burgers fid-dixx u ħallihom ġol-friġġ għal siegħa. Aħmi ġo forn sħun, f'temperatura ta' 180 grad Celcius, għal 20 minuta.  Wara 10 minuti dawwarhom. Servi mill-ewwel ma xi insalata jew fil- panini mixwijin minn ġewwa u mdellkin bi ftit mustarda.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com