Torta tal-fettucine

    Ingredjenti:

    250g fettucine

    150g qarabagħli

    100g zunnarija

    100g sweet potato

    kikkra ħalib

    3 bajdiet

    melħ u bżar

    niskata paprika

    75g ġobon tal-ħakk

    200g cheddar

    100g ġbejna Maltija

    għaġina filo

    Metodu:

    Sajjar l-għaġin skont il-pakkett imma naqqas żewġ minuti. Idlek dixx tal-forn bl-isprej tal-ħami. Uża spiralizer' biex tqatta' l-ħaxix bl-istess forma bħall-fettucine.

    Sajjar il-ħaxix għal żewġ minuti ġo steamer, jew tista' tużah nej ukoll. Żidu mal-għaġin misjur.

    Ħallat il-bajd mal-ingredjenti l-oħra u ħawwad. Żid mat-taħlita tal-fettucine u ferra' ġo dixx tal-forn. Aħmi ġo forn sħun (180 grad Celcius) għal nofs siegħa. Ħalli t-torta tiksaħ ftit. Neħħiha mid-dixx u uża tilar tal-forn. Iksi t-torta bl-għaġina filo. Idlikha bi ftit żejt taż-żebbuġa billi tuża pinzell, u aħmi fil-forn (180 grad Celcius) għal seba' minuti jew sakemm l-għaġina ssir kulur dehbi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com