Nuggets bil-laħam tal-fenek

    Ingredjenti:

    200g laħam tal-fenek imsajjar u mqatta' biċċiet żgħar

    mgħarfa patata maxx

    1/2 kuċċarina garlic powder

    melħ u bżar

    1/4 ta' kikkra parmiġġan

    kikkra cornflakes imfarrkin biex tiksi

    Metodu:

    Poġġi l-ingredjenti kollha ġo skutella. Itħanhom sew b'hand blender tal-elettriku. Ifforma nuggets bit-taħlita. Iksihom bil-cornflakes imfarrkin. Poġġi n-nuggets fuq dixx miksi bil-kartaforn u żommhom fil-friġġ għal siegħa qabel ma ssajjarhom. Aqlihom ħafif - ftakar li l-ingredjenti kollha huma msajrin diġà.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday