Kari tal-patata u l-ispinaċi (Saag Aloo),

    Għandek bżonn:

    500g spinaċi msajra

    500g patata msqajra fil-forn jew microwave u mqattgħa dadi kbar

    meraq u qoxra maħkuka ta' lumija

    4 sinniet tewm imqattgħin irqaq

    basla mqattgħa rqiq

    250ml plain yoghurt

    2 mgħaref krema friska

    melħ

    terz ta' kuċċarina garam masala

    terz ta' kuċċarina turmeric

    terz ta' kuċċarina chili powder

    terz ta' kuċċarina paprika

    terz ta' kuċċarina ginger

    150ml ilma

    daqs mgħarfa żejt biex taqli

    Metodu:

    Aqli l-basla u t-tewm fiż-żejt, itfa' l-ħwawar kollha u ħallat. Żid il-patata. Ħawwad kollox flimkien u żid l-ilma u l-meraq tal-lumija. Ħawwad u ħalli kollox jagħli. Meta jibda jagħli żid l-ispinaċi u l-yoghurt baxx u ħawwad għal nofs minuta fuq nar baxx. Żid il-krema u ibqa' ħawwad għal nofs minuta oħra. Itfi n-nar. Ħalli kollox joqgħod qabel ma sservi (dan il-kari jitjieb l-għada),. Servih mar-ross basmati mħallat bil- kosbor frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fi programm televiżiv. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday