Ġardiniera

    Ingredjenti:

    nofs bżaru aħdar

    nofs bżaru aħmar
    nofs bżaru isfar
    nofs bżaru oranġjo
    zunnarija kbira jew tnejn żgħar
    kwarta ta' pastarda kbira jew nofs waħda żgħira
    1/4 ta' kikkra melħ
    Ilmż biex tgħerreq il-ħaxix
    2 mgħaref kosbor
    mgħarfa bżar sħiħ (peppercorns),
    mgħarfa oregano
    2 mgħaref kappar
    2 werqiet rand
    kikkra ħall
    Metodu:
    Qatta' l-ħaxix dadi żgħar. Ħallat kollox flimkien. Żid il-melħ u għatti bl-ilma. Għatti u ħalli ġol-friġġ billejl. L-għada neħħi l-ilma u aħsel il-ħaxix. Żid l-ingredjenti l-oħra. Żid il-ħall u ħallat. Iksi u żomm fil-friġġ għal jumejn qabel ma tużah.
    Qabel ma tużah, qattar il-ħaxix mill-ħall u żid ftit żejt taż-żebbuġa.
    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.