Twissija dwar stairlifts difettużi

    L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), ħarġet twissija dwar stairlifts tad-ditta Acorn, għax qalet li partijiet minnhom jistgħu jinqalgħu u jkunu ta' sogru għal min jużahom.

    L-MCCA spjegat li dawn l-istairlifts huma siġġijiet mekkaniċi li jiġu installati fit-taraġ tad-djar biex iwasslu lil nies b'mobilità limitata minn sular għal ieħor.

    Qed tittieħed azzjoni preventiva fuq dawn il-mudelli tal-istairlifts tad-ditta Acorn: Acorn 120 Stairlift; Acorn 120 Outdoor Stairlift; Acorn 120 Superglide Stairlift; Acorn Outdoor Stairlift; u Acorn Slimline Stairlift.

    Dawn inħadmu bejn Marzu 2007 u Marzu 2011 u s-serial numbers tagħhom huma bejn 110101209781 u 110202352678.

    Fl-istqarrija ntqal li l-istairlifts difettużi fil-parti l-kbira tagħhom diġà ġew irranġati. Jekk hawn xi ħadd li għandu stairlift minn dawn u ma sarulux il-modifikazzjonijiet meħtieġa, għandu jikkuntattja lil min bigħhulu biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

    Aktar tagħrif jinsab hawn: http://www.acornstairlifts.com/blog/post/184/News/Recall-Information:-Acorn-Stairlifts.

    Jekk wieħed ikollu iżjed mistoqsijiet, jista' jċempel lill-MCCAA fuq 2395 2000.