Ċentru tax-xjenza f’Bighi sal-2014

    Meta kien qiegħed jitressaq ir-rapport annwali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija ntqal li sal-aħħar tal-2014 għandu jkun lest iċ-ċentru tax-xjenza u l-innovazzjoni f’Bighi.

    Iċ-ċermen tal-Kunsill Jeffrey Pullicino Orlando u l-Kap Eżekuttiv Nicholas Sammut spjegaw kif dan huwa l-ikbar proġett li qatt sar minn dan l-istitut, tant li se jkun qiegħed jiswa €25 miljun.

    “Dan verament… verament se jkun ċentru ‘state of the art’,” qal Jeffrey Pullicino Orlando.

    Intant Pullicino Orlando u Sammut saħqu li l-problema hi li mhawnx biżżejjed studenti li qegħdin jagħżlu li jkomplu fil-qasam tax-xjenza. Semmew il-matematika bħala waħda mill-problemi l-kbar. Dan hekk kif il-matematika hija l-bażi tax-xjenza. Il-kelliema qalu li wieħed m’għandux ikompli jtaqqal dan is-suġġet meta diġà hemm rata ta’ falliment li tlaħħaq it-30%.